Friday, November 15, 2024

AĠĠORNAT: Il-persuna infettata bil-Covid-19 kienet ripatrijata mill-Olanda

Aqra wkoll

Matul l-aħħar 24 siegħa, mid-981 swab test li saru, irriżulta każ ġdid importat ta’ persuna li kienet infettata bil-Covid019. Il-persuna infettata kienet deskritta mill-Ministeru għas-Saħħa bħala li kienet qed turi sintomi tal-virus.

Intant matul l-istess perjodu kien hemm persuna li rkuprat mill-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ każi attivi baqa’ 13.

It-total kumplessiv ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 jammonta għal 672, b’650 persuna tirkupra mill-virus, b’disa’ persuni jmutu kaġun tal-Covid-19.

Intant l-Air Malta qalet li l-persuna inkwistjoni ġiet ripatrijata lura Malta abbord titjira minn Amterdam. Il-linja tal-ajru nazzjonali tavża lill-passiġġieri abbord titjiriet ta’ ripatrijazzjoni biex jagħmlu swab test hekk kif jaslu lura Malta.

Permezz ta’ stqarrija Air Malta saħqet ukoll li t-titjira ma kinitx tifforma parti mid-destinazzjonijiet li reġgħu bdew joperaw mill-bieraħ.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa bdew il-proċedura ta’ contact tracing fir-rigward ta’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport