Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: Il-Pulizija Franċiża b’investigazzjoni kriminali b’rabta man-nirien f’Nantes

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

1:30 p.m: Il-Pulizija Franċiża bdiet investigazzjoni kriminali wara li aktar kmieni dalgħodu ’l fuq minn 100 pumpier issejħu biex jikkontrollaw nirien f’Katidral f’Nantes.

Il-Prosekutur Pierre Sennes qal li n-nirien infirxu minn tliet bnadi u li l-awtoritajiet qed iqisu dan l-inċident bħala att kriminali. Huwa ma żied jgħid xejn aktar.

Il-Kap tal-pumpiera  Laurent Ferlay qal li 104 pumpier baqgħu fil-post anke wara l-konferma li n-nirien kienu kkontrollati sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm aktar danni.

Minkejja li kien hemm xi ħsarat, Ferlay żied jgħid li “m’aħniex fix-xena tan-Notre Dame” u li “s-saqaf ma ġiex minsus”.

9:30 a.m: Fl-aħħar ħin feġġew sħabiet ta’ dħaħen suwed mill-Katidral ta’ Nantes. Bosta kienu dawk li xerrdu l-aħbar u talbu jittamaw li l-ħsara tkun waħda minima u li fuq kollox dan kollu mhux ġej minn attività intenzjonata.

Dan il-Katidral kien inħakem minn nirien fl-1972 meta tkebbsu nirien fis-saqaf tiegħu. Dak iż-żmien il-pumpiera rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien iżda mhux qabel ma saru ċertu danni fil-bordura tiegħu.

Ftit xhur wara dak li seħħ fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi, in-nirien fil-Katidral tas-seklu 15 qajmu suspett dwar x’seta’ kien li kkawża n-nirien f’Nantes. 

Ekonomija

Sport