Friday, November 22, 2024

AĠĠORNAT: “Il-Pulizija ħadmet kif sippost biex telimina kull forma ta’ periklu waqt l-arrest f’Buġibba”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Filmat li qed jiċċirkola fil-midja soċjali juri żewġ uffiċjali jarrestaw raġel barrani li naqas milli jikkopera mal-Pulizija wara li ntalab irodd trabuxù li kellu fil-pussess tiegħu f’Buġibba.

Fil-filmat jinstema’ wieħed mill-uffiċjali jitlob lir-raġel għal aktar minn darba jrodd l-arma li kien qiegħed jipposjed, bir-raġel jonqos milli jagħmel dan u b’ton arroganti jgħid lill-istess uffiċjali biex jekk iridu jmorru joħduha huma.

Ftit tal-ħin wara r-raġel jidher se jaqbad miexi sakemm wieħed mill-uffiċjali jkollu juża l-forza biex isir l-arrest li seta’ wassal f’sitwazzjoni perikoluża għaż-żewġ uffiċjali.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li kien propju għall-ħabta tat-3:00 p.m li l-Pulizija daħlilha rapport ta’ storbju fi Triq il-Ġifen. Mal-wasla tagħhom il-Pulizija talbuh jieqaf, iżda r-raġel baqa’ joffendi lill-istess uffiċjali u ħareġ trabuxù mdaqqsa u kien għalhekk li l-Pulizija kellhom jikkordinaw b’mod li ħadd ma jweġġa’.

Intant fost il-ħafna kummenti li segwew, bosta kienu dawk li faħħru liż-żewġ uffiċjali li f’isem il-kollegi tagħhom tal-Korp servew ta’ eżempju tax-xogħol siewi u s-sitwazzjonijiet delikati li dawn ikunu qed jaffaċċjaw matul il-ġurnata biex iżommu lill-poplu ‘l bogħod mill-periklu.

Sport