Wednesday, October 9, 2024

Aġġornat: Il-Pulizija qed tkellem raġel Malti b’rabta mal-każ fejn raġel allegatament tħalla fit-triq imweġġa’

Aqra wkoll

Illum għall-ħabta ta’ 12.00p.m., Il-Pulizija kienet infurmata li hemm persuna mixħuta fuq il-bankina fi Triq Selmun, il-Mellieħa. Pulizija tal-Komunità li kienu fuq ronda fl-akwati marru minnufih fuq il-post u mal-wasla tagħhom sabu raġel mill-Ghana ta’ 32 sena li beda jitlob għall-għajnuna għax kien muġugħ.

Minnufih intalbet l-assistenza u fuq il-post wasal tim mediku bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tal-Komunità, irriżulta li allegatament aktar qabel, ir-raġel mill-Ghana waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Franġisk Sciberras, fil-Mellieħa stess.

Il-Pulizija qed tkellem raġel Malti b’rabta mal-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Sport