Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNAT: Il-Pulizija rrispondew mal-ewwel għat-telefonati u marru l-Exiles darbtejn

Aqra wkoll

Rabja fuq il-midja soċjali hekk kif grupp ta’ nies jorganizzaw party fl-Exiles

Aġġornat:

Il-Korp tal-Pulizija jirreferi għall-artikli li dehru aktar kmieni llum fil-mezzi tax-xandir on- line, akkumpanjati b’ritratti, ta’ grupp kbir ta’ żgħażagħ li dehru fuq il-blat fiż-żona magħrufa bħala l-Exiles, f’Tas-Sliema, il-bieraħ filgħaxija. F’dawn l-artikli kien allegat illi minkejja li saru żewġ telefonati lill-Pulizija fl-Għassa ta’ Tas-Sliema sabiex jmorru fuq il- post, il-Pulizija baqgħu qatt ma tfaċċaw. 

Il-Korp tal-Pulizija jiċħad dawn l-allegazzjonijiet hekk kif il-Pulizija marru fuq il-post darbtejn, meta saru t-telefonati fl-Għassa. 

Il-Korp jispjega li għall-ħabta tad-9:30 p.m, il-Pulizija tad-Distrett irċevew telefonata, li hemm grupp ta’ persuni li nġabru fl-Exiles jorganiżżaw party. Fuq il- post marru l-Pulizija, iżda malli l-persuni li kienu fuq il-blat indunaw bihom, dawn ħarbu minn fuq il-post, f’direzzjonijiet differenti. 

Madwar siegħa wara, għall-ħabta tal-11:00 p.m, il-Pulizija rċeviet rapport ta’ miġemgħa oħra ta’ persuni li reġgħu marru fil-post sabiex ikomplu bil-party. Din id-darba fuq il-post marru il-Pulizija tad-Distrett, flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), iżda l-persuni mill-ġdid ħarbu meta raw il-Pulizija. 

Il-Pulizija baqgħu fuq il-post għal ħin twil, iżda ħadd ma rritorna.

Aktar qabel:

Matul il-lejl tal-bieraħ, grupp kbir ta’ żgħażagħ inġemgħu fl-Exiles, f’Tas-Sliema u organizzaw party. Kif mistenni, dan il-ġest qajjem furur fuq il-midja soċjali, hekk kif l-awtoritajiet, ta’ kuljum, qed jgħidulna biex inżommu d-distanza bejn persuna u oħra. L-għann aħħari ta’ dan il-messaġġ importanti huwa biex ma jkunux trażmessi mikrobi li jistgħu jirriżultaw f’aktar każi ta’ COVID-19.

Minkejja l-appelli, dawn qed jaqgħu widnejn torox tant li għandna qed naraw nies jinġemgħu fi gruppi ta’ aktar minn 4 persuni.

Dan il-grupp ta’ nies li marru kontra l-appelli tal-awtoritajiet bdew jixtru xorb alkoħoliku minn bar fil-viċin, li beda jservihom minn fuq it-tarġa tal-ħanut.

Sport