Monday, December 23, 2024

AĠĠORNAT: “Illum Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni huwa Adrian Delia” – Adrian Delia

Aqra wkoll

Adrian Delia jgħid li se jittieħdu azzjonijiet f’waqthom fl-istrutturi tal-PN

Aġġornat:

22:00 – F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN, Adrian Delia qal li “llum il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN huwa Adrian Delia.” Huwa kompla jgħid li hu mhux se jaqta’ qalbu u se jibqa’ mixi u jirrappreżenta lil dawk li eleġġewh kap tal-partit.

Delia rringrazzja lil dawk kollu li fl-aħħar jiem kienu ħafna li bgħatulu messaġġi ta’ kuraġġ u sapport.

21:35 – Hekk kif ftit minuti ilu, l-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni ħabbar se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, ftit wara huwa ħalla messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facenook.

Huwa qal li jinsab imweġġa’ u rrabjat għal dak li qiegħed jipri fi ħdan il-PN. Delia qal li, “sibna quddiemna żminijiet diffiċli, żminijiet iebsa li inġabu min niesna stess.” Kompla jgħid li fil-ħn opportun se jkunu qed jittieħdu azzjonijiet. B’dan il-messaġġ Delia ta’ x’jifhem li dawn l-azzjonijiet se jkunu qed jittieħdu kontra dawk li sfiduċjawh.

Intant, Delia kompla jikkonferma li hu se jibqa’ Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni.

https://www.facebook.com/adriandeliapn/posts/3185388244833023

21:27 – Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkun qed jindirizza lill-midja fil-ħin li ġej.

21:11 – Il-President ta’ Malta George Vella għadu kemm temm il-laqgħat li huwa kellu ma’ numru ta’ Deputati Nazzjonalisti, b’mod speċjali dawk id-Deputat li jumejn ilu sfiduċjaw lill-Kap tal-PN mill-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Għalhekk issa l-attenzjoni ddur fuq id-Dar Ċentrali, hekk kif bħalissa, bħalma jixhed ir-ritratt, numru ta’ partitarji li jappoġġjaw lil Delia nġabru quddiem id-Dar Ċentrali bħali turija ta’ sapport. Mhux eskluż li Delia jagħmel indirizz lill-midja preżenti.

20:30 – Inewsmalta.com huwa nfurmat li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia, jinsab fid-Dar Ċentrali f’laqgħa. Mhux magħruf ma’ min qiegħed jiltaqa’ Delia.

20:00 – Hekk żvela dan is-sit, bħalissa quddiem id-Dar Ċentrali qed jinġemgħu grupp ta’ partitarji Nazzjonalisti u dawk li jappoġġjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Foast il-ħafna kummenti, attivist partikolari qal li “Adrian Delia kien Kap u se jibqa’ Kap.” Ieħor qal li “jitlaq Adrian nitlaq jien.”

F’post fuq is-sit soċjali, l-eks Deputat Nazzjonalista u l-avukat Franco Debono kiteb li “hemm Deputati li reġa’ darilhom… inghataw impressjoni li jekk jitneħħa Delia se jsir Kap xi ħadd partikolari li mbagħad reġa’ bdielu.”

Jidher ukoll li ftit tal-ħin ilu ssejħu għand il-President, Beppe Fenech Adami, Herman Schiavone, Mario de Marco, Ivan Bartolo u Jason Azzopardi fost oħrajn.

Aktar qabel:

18:45 Bħalissa, għaddejja laqgħa bejn il-President ta’ Malta George Vella u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dan kollu qiegħed iseħħ fl-isfond tal-laqgħa preċidenti, li d-Deputati Chris Said u Claudette Buttigieg, kellhom mal-istess President biex jisfiduċjaw lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni.

Intant, fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, bħalissa, hemm rabja kbira fost il-partitarji Nazzjonalisti, l-aktar fost it-tesserati, hekk kif kienu dawn li demokratikament eleġġew lil Adrian Delia bħala Kap tal-PN. Ta’ min jinnota, li qed idur messaġġ biex illejla għall-ħabta tas-sebgħa, quddiem id-Dar Ċentrali jiltaqgħu l-partitarji ta’ Delia biex fi kliemhom, “nipprotestaw kontra din l-inġustizzja.”

Ekonomija

Sport