Wednesday, July 24, 2024

AĠĠORNAT: Imħabbar uffiċjalment il-Kabinett il-ġdid

Aqra wkoll

Aġġornat:

Wara ż-żewġ co-options fil-Parlament Malti nhar id-19 ta’ Ottubru li għadda, u wara li tħabbar li l-Ministru għall-Finanzi huwa rrakkomandat biex jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il Prim Ministru Robert Abela llum wettaq bidliet fil-kabinett immexxi minnu. 

Il-bidliet ikomplu jikkaratterizzaw il-kabinett bħala wieħed ta’ talent u maqgħud, b’element qawwi  ta’ żgħażagħ u bil-parteċipazzjoni tan-nisa kollha fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern.  

Il-prijorità tal-Prim Ministru f’dawn id-deċiżjonijiet kienet li l-pajjiż ikompli miexi b’saħħtu ’l  quddiem billi jwettaq iktar bidliet u riformi li jtejjbu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u Maltin. 

F’diskussjonijiet produttivi li kellu mal-Ministri u Segretarji Parlamentari, Dr Abela enfasizza l bżonn li l-Gvern ikompli jwieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, isaħħaħ ix-xogħol u joħloq  klima ta’ investiment, u jħejji lil Malta għal futur.  

Dan huwa l-kabinett li jista’ jkompli jindirizza u joffri s-serħan il-moħħ lill-familji, l-ħaddiema u n negozji. Għaliex huwa l-kabinett li huwa kburi b’dan il-pajjiż u li jemmen fil-poplu tagħna. 

Intant, Glenn Micallef inħatar bħala Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minflok Clyde  Caruana, li issa huwa l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.  

Glenn Micallef hu gradwat fl-ekonomija u fil-politika Ewropea. Fl-aħħar snin, Micallef okkupa l kariga ta’ Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea u minn Jannar li  għadda l-kariga ta’ konsulent tal-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej, fejn kien ukoll parti mit-tim  ta’ negozjati li wasslu biex pajjiżna kiseb allokazzjoni rekord ta’ €2.25 biljun f’fondi Ewropej għas seba’ snin li ġejjin.

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett: 

  • Robert Abela  – Prim Ministru 
  • Chris Fearne  – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa 
  • Evarist Bartolo – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
  • Michael Farrugia  – Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva 
  • Owen Bonnici  – Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 
  • José Herrera – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali 
  • Carmelo Abela – Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru  
  • Ian Borg – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali 
  • Michael Falzon – Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal 
  • Edward Zammit Lewis – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza 
  • Anton Refalo – Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali 
  • Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali 
  • Justyne Caruana – Ministru għall-Edukazzjoni 
  • Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija 
  • Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja 
  • Aaron Farrugia – Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar 
  • Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex 
  • Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi 
  • Clayton Bartolo – Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi 
  • Miriam Dalli – Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli
  • Clyde Caruana – Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

Aktar qabel:

Mil-ewwel indikazzjonijiet ta’ inewsmalta.com huma li Justyne Carauna se tkun Ministru għall-Edukazzjoni. Owen Bonniċi li kien il-Ministru għall-Edukazzjoni se jkun qed jieħu ministeru ġdid li qed jitqies bħala waħda mill-prijoritajiet tal-gvern u dan se jkun Ministru għall-Innovazzjoni u r-Riċerka. Kemm il-Ministru Chris Fearne kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo se jżommu d-dekasteru tagħhom.

Bħalma ħabbar dan is-sit fil-jiem li l-Ministru għall-Finanzi se jkun Clyde Caruana. Il-Ministru Ian Borg se jibqa’ bħala Ministru għat-Trasport waqt li s-Segretarju Parlamentari Chris Agius issa se jkun responsabbli mill-qasam tal-kostruzzjoni. Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri se jżomm ukoll id-dekasteru tiegħu. Il-Ministru Aaron Farrugia se jibqa’ bil-Ministeru għall-Ambjent, Ippjanar u Bidla fil-Klima. Miriam Dalli, se tkun il-Ministru għall-Enerġija, u Żvilupp Sostenibbli.

Il-Ministru li kien responsabbli għall-Enerġija li kien Michael Farrugia issa se jkun qed jieħu l-post ta’ Minisru għall-Anzjani. Il-Ministru għall-Ekonomija, se jibqa’ Silvio Schembri, għalkemm il-Malta Enterprise tneħħiet minn ma’ dan il-Ministeru u se tkun qed taqa’ taħt Miriam Dalli.

Il-Ministru Zammit Lewis żamm il-portafol tiegħu, l-istess il-Ministru Clint Camilleri u Anton Refalo. Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar żammet id-deskasteru tagħha. Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo se jkun il-Ministru għat-Turiżmu. Julia Farrugia se tkun il-Ministru għall-Inklużjoni

Inewsmalta.com huwa nfurmat li s-setturi tal-ekonomija u l-ambjent se jkunu ta’ prijorità fir-reshuffle li qiegħed isir bħalissa.

Il-jum tas-Sibt kien ikkaratterizzat minn laqgħat tal-Kabinett fejn kienu diskussi xi ċaqliq fil-Kabinett preżenti. F’nofs il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna se jkun qed jirriżenja minn Ministru, bid-Deputat Laburista Clyde Caruana l-favorit biex jimla ż-żarbun li se jħalli warajh il-Professur Scicluna.

Il-Professur Scicluna se jkunu nominat għall-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Ekonomija

Sport