Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNAT: Imut l-anzjan li ħareġ b’dinghy għal fuq dgħajsa fl-Għadira

Aqra wkoll

Intant fl-aħħar aġġornament, kelliem għall-Pulizija kkonferma li għalkemm ingħata l-assistenza medika fuq il-post, l-anzjan ta’ 72 sena residenti l-Mellieħa sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Mill-ewwel indikazzjonijiet juru li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza.

12:41 p.m- Salvat l-anzjan li nstab mitluf minn sensih waqt li kien qiegħed fuq id-dinghy f’bajja

Anzjan ta 73 sena ġie salvat wara li nstab mitluf minn sensih fuq dinghy fl-Għadira fl-eqqel tax-xemx. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Pulizija.

Il-kundizzjoni tal-anzjan sa issa għadha mhux magħrufa, iżda l-kelliem għal pulizija qal lil dan is-sit li l-anzjan instab ħaj.

Bħalissa fuq il-post, hemm diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, fejn qed tingħata l-ewwel għajnuna lil anzjan permezz ta’ CPR.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Sport