Tuesday, December 24, 2024

AĠĠORNAT: Ippubblikati l-ittri ta’ theddid mibgħutin lid-deputati tal-PL

Aqra wkoll

Waqt li l-Parlament ilu għaddej b’numru ta’ voti b’rabta ma’ diversi riżoluzzjonijiet, membri min-naħa tal-Kamra tal-Gvern ġibdu l-attenzjoni dwar ittri anonimi li rċevew.

Id-Deputat Laburista Randolph Debattista ġibed l-attenzjoni tal-Ispeaker tal-Kamra li waqt li kienu qed jittieħdu l-voti, irċieva ittra anonima b’numru ta’ theddid u tgħajjir anke personali. Huwa għaddieha lill-Kamra u talab il-protezzjoni tal-Ispeaker.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg ġibdet l-attenzjoni dwar ittra simili b’numru ta’ theddid u kummenti misoġenisti għall-aħħar. Filwaqt li ppreżentata lill-Ispeaker hija qalet li se tkun qiegħda tagħmel rapport lill-Pulizija.

Intant il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer, li waqt is-seduta kien maż-żgħażagħ Laburisti barra mill-binja tal-Parlament f’appoġġ għal din l-emenda, iddikjara li l-ebda tgħajjir, insulti u theddid mhu se jwaqqafhom milli jkompli jaħdmu favur il-prinċipji tagħhom.

B’rabta ma’ dawn l-ittri, il-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni tikkundanna kull tip ta’ attakki personali u theddid, ikun min ikun il-persuna konċernata.

Ekonomija

Sport