Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNAT – Is-sewwieq li tilef ħajtu fi Triq il-Kosta huwa Frank Aloisio

Aqra wkoll

Ritratti – Alan Saliba

Ir-raġel ta’ 51 sena, residenti l-Imsida, li tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku huwa Frank Aloisio. 

Kienu għall-ħabta tas-6:15 p.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident stradali fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar u kawża t’hekk, hemm xi nies li sofrew xi ġrieħi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni, l-vitttma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq – Honda VT750 – u waqa’. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna imma sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Sport