Saturday, November 16, 2024

AĠĠORNAT: “Is-siġra tal-Milied fil-Magħtab mhux veru inxtgħelet mill-gass tal-miżbla iżda kienet tqabbdet mal-grid”

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, fil-ħin tal-mistoqsijiet qal li f’erba’ snin kien hemm erba’ inċidenti kbar ta’ ħruq f’impjanti tal-WasteServ u dan ifisser ħuġġieġa kbira waħda fis-sena.

Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia wieġbu li “fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti baħħ seta’ jaqbad għax ma kien hemm xejn. Mill-baħħ ma jaqbad xejn. Dan il-gvern ħadem biex il-miżbliet li darrejtuna bihom, ikollna impjant li mill-iskart nagħmlu riżorsa.”

Il-battibekk qam fl-isfond li kmieni dalgħodu żviluppaw nirien qawwijin fl-impjant tal-Wasteserv tal-Marsa. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u diversi vetturi tat-tifi tan-nar marru fuq il-post bin-nirien jiġu kkontrollati f’qasir żmien. B’xorti tajba ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Intant id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili avża lir-residenti ta’ bosta lokalitajiet fil-madwar biex iżommu t-twieqi magħluqin minħabba d-dħaħen tossiċi li żviluppaw kaġun tan-nirien.

“Is-siġra tal-Milied fil-Magħtab mhux veru inxtgħelet mill-gass tal-miżbla iżda kienet tqabbdet mal-grid”

Il-Ministru Aaron Farrugia fil-Parlament żvela kif meta l-Gvern Nazzjonalista permezz tal-Ministru George Pullicino kien xegħel siġra tal-Milied u kien ingħad li din inxtegħlet b’gass li kien qed jinġabar mill-miżbla tal-Magħtab, din filfatt ma kinitx intgħeleb b’gass li kien qed jinġabar imma kienet xegħlet għax tqabbdet mal-grid. Din id-dikjarazzjoni intlaqgħet b’daħk u kummenti minn membri tan-naħa tal-Gvern.

Ekonomija

Sport