Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: It-tifel rilaxxat mill-Isptar

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin, sorsi qrib dan is-sit infurmawna li minkejja l-ġrieħi li sofra, it-tifel li ntlaqat minn vettura f’Marsaskala lbieraħ ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei.

Aktar kmieni: B’rabta mal-inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija, Talk.mt jinsab infurmat li t-tifel involut ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Anke minħabba l-età tiegħu, filgħaxija stess sarulu t-testijiet neċessarji u nifhmu li baqa’ jinżamm għal aktar osservazzjoni mill-professjonisti mediċi.

It-tifel ta’ sentejn iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7:15 p.m ittajjar minn vettura waqt li kien qiegħed jaqsam minn bejn xi karozzi fl-imsemmija triq.

Fil-post issejħu minnufih ambulanza u tim mediku li assistew liċ-ċkejken sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Sport