Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:50 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Dan is-sit jinsab infurmat li raġel Tork intlaqat minn mutur tal-għamla Yamaha li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lit-Tork sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.