Raġel kellu jiddaħħal l-isptar minħabba xi ġrieħi li sofra f’inċident li seħħ aktar kmieni fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 40 sena residenti Ħaż-Żabbar intlaqat minn vettura Audi li kienet qed tinstaq minn Albaniż ta’ 23 sena residenti Marsaxlokk.
Fil-post issejħu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza tagħhom.
Sadanittant tim mediku ta l-ewwel għajnuna minn fuq il-post sakemm ir-raġel seta’ jittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.