Wednesday, November 20, 2024

AĠĠORNAT: Iż-żagħżugħ li tilef ħajtu matul il-lejl f’ħabta huwa Alan Galea

Aqra wkoll

Aġġornat:

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li matul il-lejl li għadda tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku huma Alan Galea.

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, in-nursery tal-Imġarr United, sellmet il-memorja taż-żagħżugħ Alan Galea li kien jilgħab mal-istess nursery.

Aktar qabel:

Sewwieq ta’ 19-il sena, matul il-lejl illi għadda miet wara ħabta bejn żewġ vetturi fl-Imġarr. Passiġġier li kien miegħu sofra ġrieħi serji, filwaqt li l-ġrieħi tas-sewwieq l-ieħor għadhom pendenti.

Għall-ħabta tal-11.15p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit.

Fuq il-post l-ewwel li waslu kienu l-pulizija tad-Distrett tal-Mosta u tar-Rapid Intervention Unit u hemmhekk sabu ħabta bejn żewġ vetturi. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Toyota, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena li joqgħod il-Mosta u li miegħu kien hemm passiġġier, ġuvni ta’ 18-il sena, joqgħod ukoll il-Mosta, kienet qiegħda tinsaq lejn il-Mosta. Mitsubishi, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena li joqgħod l-Imġarr, kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni tal-Imġarr.

Minħabba l-impatt qawwi, fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu liż-żgħażagħ mit-Toyota. Tim mediku mill-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taw l-ewwel għajnuna lit-tliet persuni involuti u wara ttieħdu l-isptar.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie ċċertifikat li miet ftit wara kawża tal-ġrieħi serji li ġarrab, waqt li l-ġuvni ta’ 18-il sena weġġa’ b’mod serju. Il-ġrieħi tar-raġel ta’ 35 sena għadhom pendenti.

Bl-inċident ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia li ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qegħdin jitmexxew minn tad-Distrett tal-Mosta.

Sport