Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: Jammettu li kissru l-qsari u jaħdmu ħwat ġodda f’garaxx minn tagħhom

Is-sidien jgħidu li mhumiex se jittieħdu passi b'ġest ta' rieda tajba

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-persuni responsabbli mit-tkissir ta’ qsari quddiem ristorant fis-Siġġiewi ġew identifikati, ammettew u saħansitra ġie maqbul li jpoġġu qsari ġodda li ħadmu huma stess. 

F’aġġornament b’rabta mal-każ, Marilù’s qalet li l-appoġġ li sabu huwa indeskrivibbli u li biex kemm jista’ jkun din is-sitwazzjoni jinħareġ l-at pożittiv minnha qalu li mhumiex se jfittxu lil dawk responsabbli ladarba l-ħwat li kienu jsebbħu l-pjazza rritornaw.

Qalet ukoll li s-sewwieq u sħabu stess ħadmu l-ħwat fil-garaxx tagħhom minħabba li mhux faċli biex takkwista ħwat simili għal dawk minħabba li huma antiki.

Ir-ristorant irringrazzja lil dawk kollha li avviċinawhom minnufih, inkluż uffiċjali mill-Pulizija tal-Komunità, oħrajn pajżana u saħansitra nies fil-viċin li offrew li jagħtu filmati mis-CCTVs tagħhom.

Ilbieraħ: Jinqabdu jidħku huma u jkissru qsari quddiem ħanut fis-Siġġiewi

Sewwieq ta’ vann li miegħu kellu rekbin xi persuni oħra nqabdu permezz ta’ filmat minn CCTV isuqu fuq dekorazzjonijiet li kellu ħanut fis-Siġġiewi.

Fil-filmat, il-vann deher isuq fit-triq, meta f’ħin minnhom irriversja u għadda minn fuq il-qsari li kienu qegħdin iservu biex isebbħu l-estetika barra mill-istess ħanut.

Is-sidien tal-ħanut Marilù’s qalu fuq Facebook li dawn il-qsari għamluhom propju sabiex isebbħu Pjazza San Nikola u li dan l-inċident jimlihom b’ċertu dieqa. Filwaqt li kkonfermaw li kienu se jagħmlu rapport lill-Pulizija, huma ħeġġew lil pubbliku sabiex kull min għandu informazzjoni jgħaddiha anke b’mod kunfidenzjali lill-Pulizija.

Ekonomija

Sport