Dan is-sit jinsab infurmat li fortunatament is-sewwieq sofra biss minn xi ġrieħi ħfief u għalhekk li filwaqt li ngħata l-assistenza medika, irrifjuta li jibqa’ l-Isptar għal aktar osservazzjoni.
2:30 p.m: Raġel jittieħed l-Isptar wara ħabta f’Tal-Pietà
Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq id-Duluri, Tal-Pietà.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq ta’ vettura Mazda ħabat ġo vettura pparkjata Suzuki Swift — f’din il-vettura ma kien hemm l-ebda persuna.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa l-identità u l-kundizzjoni tas-sewwieq għadhom mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…