Numru ta’ uffiċjali tat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jintervjenu b’urġenza wara li raġel inqabad f’lift li waqa’ fis-swali tas-Citadel Cinema fir-Rabat, Għawdex. Ir-raġel, flimkien ma’ ħaddiem ieħor kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet fuq l-istess lift.
L-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili ftit tal-minuti ilu rnexxielhom joħorġu lill-ħaddiem li kien maqbud fil-lift u ħaduh b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jirċievi l-kura.
Intant minn informazzjoni li waslitilna jidher li t-tieni ħaddiem jista’ jgħoddha b’waħda wara li hekk kif kien taħt il-lift jagħmel ix-xogħlijiet, u ra lil-lift jaqa’, dan irnexxielu jwarrab minn taħtu fil-ħin.




F’dan l-istadju l-kundizzjoni medika tar-raġel li kien maqbud fil-lift għadha mhix magħrufa.
Fuq il-post mar ukoll il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
Aktar informazzjoni kif taslilna