Saturday, November 23, 2024

[AĠĠORNAT] Jinstab il-katavaru tat-tieni għawwiem rapportat nieqes nhar is-Sibt li għadda fl-Aħrax tal-Mellieħa

Aqra wkoll

Illum għall-ħabta tal-11.30 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li madwar żewġ mili ‘l barra mill-ponta tal-Aħrax tal-Mellieħa ntlemaħ kadavru. Il-kadavru ddaħħal aktar tard l-art permezz ta’ patrol boat tal-Forzi Armati u tniżżel fuq il-moll tal-Marfa. Hemmhekk ġie ddentifikat bħala r-raġel ta’ 29 sena mill-Bangladesh li kien intilef fil-baħar nhar is-Sibt li għadda.

Huwa kien fil-kumpanija ta’ raġel ieħor, ta’ 21 sena wkoll mill-Bangladesh li rnexxielu jitla’ fuq l-art.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tixtieq tinforma ukoll li l-Awtoritajiet tas-Saħħa ċċertifikaw lir-raġel ta’ 21 sena mill-Bangladesh, li kien ukoll sab ruħu f’diffikulta fil-baħar, li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.

Sport