Ir-raġel li kien qiegħed jiġi mfittex mill-Pulizija nstab. Ikkonfermat dan f’komunikat aġġornat il-Pulizija stess wara li aktar kmieni hija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex jgħin fis-sejba tiegħu.
Hija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna kollha tiegħu.