Tuesday, November 26, 2024

AĠĠORNAT: Jinżamm arrestat it-Taljan mixli b’serq u li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija

Aqra wkoll

Taljan ta’ 25 sena tressaq il-Qorti mixli b’serq minn vetturi fl-Imġarr u fil-Mosta u li ħarab waqt li kien fil-kustodja tal-Pulizija.

Giuseppe Condello Borg kellu jitressaq il-Qorti għall-ħabta tas-1:30 p.m, iżda b’xi mod huwa ħarab waqt li kien qiegħed jistenna fil-kuritur tal-Qorti. Il-Pulizija bdiet minnufih tfittxija għaż-żagħżugħ u madwar siegħa wara huwa reġa’ ġie arrestat u ttieħed lejn il-Qorti biex jinstema’ l-każ tiegħu. Lura fl-awla, it-Taljan skuża ruħu mal-Ispettur Godwin Scerri u qal li huwa kien mar lura lejn l-Imġarr għax beża’. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Scerri qalet li oriġinarjament l-imputat kien qiegħed jiġi mixli b’serq minn vetturi wara li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie arrestat waqt ronda mill-pulizija fi Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr. mal-arrest tiegħu saret tfittxija fuqu u fil-vettura li kien qiegħed juża fejn ġew elevati diversi oġġetti suspettati li ntużaw fis-serq, fosthom turnaviti. 

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bid-difiża tiddikjara li f’dan l-istadju u minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ ma kinitx se tagħmel it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Kien għalhekk li l-Maġistrat ordna li Condello Borg jinżamm arrestat.

Sport