Wednesday, November 6, 2024

AĠĠORNAT: JISPLODU ĊILINDRI TAL-ARJA F’FABBRIKA FIT-TECHNO PARK FIL-MOSTA

Aqra wkoll

Għalkemm jidher li ħadd ma weġġa’ f’żewġ splużjonijiet li seħħ f’fabbrika fit-Techno Park tal-Mosta, l-istess fabbrika għandha ħsarat estensivi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-inċident seħħ f’fabbrika li tiproduċi t-tubi, u splodew xi ċilindri tal-arja.

Il-pulizija u anke l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post fejn qegħdin jinvestigaw u jneħħu kull periklu.

11.30 ISEĦĦU ŻEWĠ SPLUŻJONIJIET QRIB IT-TECHNO PARK

Ftit tal-ħin ilu seħħew żewġ splużżjonijiet qrib sew it-Techno Park. Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ talk.mt dak li seħħ filwaqt li sostna li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom kemm bdew.

Il-kelliem ikkonferma li l-isplużżjonijiet seħħew fuq ġewwa ta’ binja u mill-ewwel investigazzjoni jidher li hemm ħsarat estensivi, għalkemm ma jidhirx li hemm xi nirien jew xi persuni midrubin.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta wasal fuq il-post fi ftit ħin.

Fuq il-post hemm il-Pulizija u ambulanza u anke ssejħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar fil-ħin li ġej…

Sport