Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex jassitu minħabba sejħa ta’ nirien fil-lukanda Corinthia f’Ħ’Attard.

Dan is-sit jinsab informat li għall-ħabta tal-11.15 a.m żviluppa nar fis-sawna tal-lukanda. Minnufih beda eżerċizzju ta’ evakwazzjoni biex ir-residenti jinħarġu ‘l barra mil-lukanda.

Fil-post intervjenew numru ta’ uffiċjali li daħlu wkoll b’apparat apposta minħabba dħaħen li żviluppaw fil-post.
Fortunatament is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata ftit tal-ħin wara.