Sunday, November 10, 2024

AĠĠORNAT: L-eks PM Ġappuniż Shinzo Abe jmut fi sptar wara sparatura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe ġie kkonfermat mejjet waqt li kien qiegħed jingħata assistenza medika fi sptar viċin il-post li fih safa fil-mira ta’ attakk.

Shinzo kien qiegħed jindirizza grupp ta’ nies meta laqqat tir f’dahru u spiċċa mixħut fl-art.

Huwa ttieħed immedjatament fi sptar, iżda mill-ewwel ġriet l-aħbar li x’aktarx kien se jitlef ħajtu minħabba l-kundizzjoni kritika tiegħu u l-ammont ta’ demm li kien tilef.

8:00 a.m: L-eks PM Ġappuniż fil-periklu tal-mewt wara sparatura

L-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe spiċċa mixħut fl-art wara li ntlaqat minn tir f’avveniment fil-belt ta’ Nara.

Is-Sur Abe intlaqat minn żewġ tiri, bit-tieni tir jolqotlu f’dahru, u konsegwentament spiċċa fl-art. Skont l-ewwel rapport jidher li sa ftit tal-ħin wara l-pulizija arrestat is-suspettat aggressur ta’ 41 sena. Tetsuya Yamagami jidher li huwa resident fl-istess belt fejn seħħet l-isparatura

L-eks gvernatur ta’ Tokyo Yoichi Masuzoe qal fi tweet li s-Sur Abe ta’ 67 sena kien qiegħed isofri kumplikazzjonijiet respiratorji. Skont kif deskritta l-kundizzjoni tiegħu fil-Ġappun, normalment dan it-terminu jużawh qabel tiġi konfermata mewt b’mod uffiċjali.

Abe kien l-iktar Prim Ministru li dam jokkupa din il-kariga fil-Ġappun. Huwa ċeda postu fl-2020 minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Sport