Mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa u raġel ta’ 47 sena residenti l-Imqabba kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni ilbieraħ waranofsinhar kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Selmun fil-Mellieħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki li fuqu kien hemm il-vittmi, u Renault Megane li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Imqabba.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza li ħadet lir-raġel u lil mara l-Isptar għall-kura medika, fejn aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni ilbieraħ: Żewġ persuni fuq mutur jispiċċaw l-Isptar wara ħabta fil-Mellieħa
Żewġ persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:50 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Selmun fil-Mellieħa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Renault Megan misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Imqabba u mutur misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa. Fuq il-mutur kien hemm riekba wkoll mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni fuq il-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.