Sitt persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:15 a.m kienu involuti f’inċident li seħħ f’Misraħ San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li b’mod aċċidentali anzjan Malti ta’ 79 sena saq għal fuq in-nies u konsegwentament laqat numru ta’ persuni waqt li kien għaddej il-monti ta’ nhar ta’ Sibt.
Fuq il-post issejħu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, minn Transport Malta, LESA, timijiet mediċi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Erba’ nisa ta’ 39, 66, 77 u 84 sena u żewġt irġiel ta’ 36 u 81, kollha residenti Ħaż-
Żabbar, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi. Aktar tard il-mara ta’ 84 ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi u l-oħrajn kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief. Tliet persuni oħra ngħataw il-kura fuq il-post tal-inċident.
L-investigazzjoni b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.