Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNAT: Melvin Thuema se jinżamm l-Isptar għal aktar attenzjoni medika

Aqra wkoll

Inewsmalta tinsab informata li Melvin Thuema, li ammetta li kien il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, aktar kmieni llum ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Thuema kien rilaxxat mill-Isptar aktar kmieni dan ix-xahar, fis-7 ta’ Awwissu, wara li kien għamel aktar minn ġimagħtejn jirċievi kura għal ġrieħi li sofra f’dak deskritt mill-Pulizija bħala li kien attentat ta’ suwiċidju.

Intant il-Pulizija qalet li Thuema ttieħed l-Isptar għal raġunijiet separati mill-attentat suwiċidju. Huwa se jkun qed jinżamm l-isptar għall-aktar attenzjoni medika. 

Thuema kien iddaħħal b’urġenza l-isptar nhar il-21 ta’ lulju li għadda meta nstab fl-appartament tiegħu fis-Swieqi bi ġrieħi serji f’għonqu u l-istonku.

Huwa kien inżamm fit-taqsima tal-kura intensiva għal ġimgħa qabel ma kien ġie trasferit fil-ward tal-ENT tal-Isptar Mater Dei.

Thuema kien ingħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef id-dettalji kollha dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia. matul dawn l-aħħar xhur huwa kien ta x-xhieda tiegħu fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Huwa kien xehed ukoll fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet persuni akkużati li wettqu l-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ekonomija

Sport