Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: “Mhu se naqta’ qalbi qatt!”… Minkejja l-vot ta’ sfiduċja se jibqa’ Kap tal-PN

Aqra wkoll

“Il-vot insewh!” Il-mozzjoni ta’ sfiduċja kienet imbuttata minn Chris Said

Aġġornat:

01:50 – F’konferenza li ndirizza wara li safa sfiduċjat, Adrian Delia, għamilha ċara li “mhu se naqta’ qalbi qatt.” Huwa kompla jappella biex ix-xogħol fi ħdan il-PN ikompli minn għada u biex il-bieb tal-PN jibqa’ “miftuħ beraħ.”

Intant, meta Delia kien mistoqsi mill-ġurnalist dwar x’se jagħmel issa li safa sfiduċjat, Delia għal-darba, tnejn u tlieta, ħarab minn dawn il-mistoqsijiet u dawwar l-attenzjoni tiegħu billi kompla jattakka l-Gvern u l-Prim Ministru Robert Abela.

Jidher li jekk id-19-il Membru Parlamentari ma jmorrux quddiem il-President ta’ Malta George Vella, jgħidulu li huma mgħandhomx fiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia, il-vot tal-lejla se jkun ittieħed għal xejn. Delia żied jgħid li “t-tesserata jridu jkunu rrispettati u leħinhom jrid jinstema’.”

01:34 – Jidher li l-mozzjoni biex ikun sfiduċjat il-Kap tal-PN Adrian Delia kienet imbuttata minn Chris Said u ssekondata minn Therese Comodini Cachia. Intant, wara l-vot, Delia talab għal-laqgħa urġenti tal-Eżekuttiv. Mistennija konferenza stampa fil-ħin li ġej

01:05 Rapporti li kulma jmur qed ikomplu jiċċirkolaw il-midja soċjali u l-aħbarijiet f’pajjiżna qed jisħqu li Adrian Delia tilef il-vot ta’ sfiduċjat u għalhekk safa sfiduċjat minn Kap tal-PN

01:00 Inewsmalta.com huwa nfurmat li bħalissa għaddejja l-votazzjoni li se tkun qed tħoll jew torbot il-futur ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-PN.

00:16 – Il-laqgħa fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista issa daħlet f’fażi kruċjali, hekk kif bħalissa għaddejja diskussjoni dwar kif se jkun qed jittieħed il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia.

11:15 – Jidher li Adrian Delia ma jridx li l-vot jittieħed b’mod anonimu.

10:30 Inewsmalta.com huwa infurmat, li madwar il-ħitan tad-Dar Ċentrali qed ikompli jikbru ix-xnigħat li fil-ħin li ġej jista’ jkun jittieħed vot ta’ sfiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia.

Aktar qbael:

Preżentament, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista għaddejja laqgħa bejn id-Deputati u Membru Parlamentari tal-PN dwar il-futur tal-Kap tal-Oppiżizzjoni Adrian Delia. Din il-laqgħa ssejħet fid-dawl tal-allegat komunikazzjoni bejn l-istess Delia u l-imprenditur u l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech.

Hekk kif il-lejla mistennija laqgħa importanti li se tkun qed tiddetermina l-futur tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, quddiem id-Dar Ċentrali bdew jinġemgħu n-nies tiegħu. Jidher li dawn in-nies kienu mitlubin jinżlu quddiem l-istamperija biex juri s-sapport lil Delia, hekk kif jidher li fi ħdan id-deputati tal-PN qed jinħema vot ta’ sfiduċja fil-Kap tagħhom stess.

Evidenti hija l-preżenza tal-Pulizija quddiem l-istess kwartieri.

Ritratt – ONE NEWS

Ekonomija

Sport