Filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu, il-Pulizija qiegħda tavża li Christian Mifsud m’għadux qiegħed jiġi mfittex.
Ilbieraħ: Raġel imfittex biex jidher il-Qorti
Il-Pulizija tixtieq tavża lill-pubbliku li bħalissa tinsab għaddejja bi tfittxija ta’ persuna. Christian Mifsud (ir-raġel t’hawn taħt) qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat sabiex jidher il-Qorti.
Għaldaqstant, il-Pulizija qed tagħmel appell sabiex kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar il-persuna li qed tidher fir-ritratt, jagħmel kuntatt mal-Pulizija. Dan jista’ jsir permezz ta’ Messenger jew permezz ta’ telefonata fuq 21224001 / 119 u għandu jiġi kwotat in-numru 4/2022.
Il-Pulizija tfakkar li dawk il-persuni li ma jixtiqux jikxfu l-identità tagħhom, jistgħu jagħżlu li jibqgħu anonimi.