Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-6:45 p.m kien involut f’argument li seħħ fi Triq Annetto Caruana fil-Qawra.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/qawra.jpg)
Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li Niġerjan ta’ 24 kien allegatament qala’ daqqiet ta’ flixkun waqt argument ma’ Niġerjan ieħor ta’ 25 sena.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/365422041_152742817850153_2214787094814160935_n.jpg)
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li tah l-ewwel assistenza fuq il-post sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel l-ieħor ukoll kellu jingħata l-assistenza minħabba xi ġrieħi li seta’ sofra, iżda huwa kien skortat mill-Pulizija li tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.