Thursday, November 21, 2024

AĠĠORNAT: “Pajjiżna, waħdu, m’għadux fil-qagħda li jagħmel aktar”

Aqra wkoll

Malta tikkordina l-operazzjoni ta’ salvataġġ

Aġġornat b’kumment ta’ kelliemi għall-Gvern

Peress li r-riżorsi kollha tal-Forzi Armati jinsabu impenjati fuq xogħol ieħor waqt emerġenza ta’ saħħa pubblika f’Malta, il-Gvern talab lil-lanċa Dar Al Salam 1 biex jassisti l-immigranti, li huma kollha irġiel u f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa. L-immigranti ġew salvati matul il-jum tal-bieraħ.

Malta baqgħet soda mal-pożizzjoni tagħha li l-portijiet huma magħluqin u li ebda immigrant mhuma se jidħlu f’pajjiżna.

Għalhekk saru l-arranġamenti meħtieġa biex ikun hemm bastiment 13-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija. L-immigranti se jiġu trasferiti mil-lanċa tas-sajd għal dan il-bastiment.

L-immigranti ingħataw l-ikel u l-kura li għandhom bżonn.

Intant f’kumment lil Inewsmalta kelliemi għall-Gvern qal li “l-pożizzjoni ta’ Malta tibqa’ ċara. Il-portijiet tagħna huma magħluqin. U issa trid tkun l-Unjoni Ewropea li turi solidarjetà u terfa’ responsabbilità ta’ dawn l-immigranti.”

Il-kelliem qalilna li “Fil-fatt, waqt li kien qed jikkordina l-operazzjoni ta’ salvataġġ, mill-ilbierah il-Gvern Malti beda kuntatti uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri kollha biex dawn l-immigranti jkunu rilokati b’mod permanenti. L-Unjoni Ewropea għandha kriżi enormi quddiemha bit-traffikar tal-bnedmin u pajjiżna, waħdu, m’għadux fil-qagħda li jagħmel aktar.”

Sport