Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel involut fl-inċident fl-Imsida wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Ir-raġel li s’issa l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
03.30pm – AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Raġel l-Isptar wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’barrier fl-Imsida
Dan is-sit jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tas-2:15 p.m., seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, l-Imsida, direzzjoni lejn il-Belt.
Sewwieq ta’ mutur għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’barrier u tkaxkar magħha. Fil-ħin tal-inċident waqfu mill-inqas żewġ vetturi biex jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq.
Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex ir-raġel seta’ jittieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…