Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tal-10:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li sewwieq ta’ mutur tal-għamla Kymco fl-età ta’ 36 sena minn Ħ’Attard ħabat ma’ vann Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 21 minn Pembroke.
Minnufih issejħu uffiċjali tal-pulizija sabiex jassistu fl-inċident.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi f’wiċċu.
S’issa, il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjoniiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…