839 kunsillier jivvutaw biex ikun hemm elezzjoni ta’ Kap… Delia jerġa’ jisfa sfiduċjat
Aġġornat:
09:15 p.m – Il-Kap tal-PN, f’konferenza tal-aħbarijiet qal li hu se jkun qed jerġa’ jitfa’ ismu fit-tellieqa għal-elezzjoni ta’ Kap. Huwa qal li huwa fiduċjuż li t-tesserati se jkunu qed jagħżlu l-politika tal-ħafna u mhux tal-ftit. Delia qal li jekk it-tesserati li jekk jitla’ kap ġdid, hu se jkun qed jirrispetta d-deċiżjoni u jaħdem aktar flimkien mal-kap il-ġdid. Min-naħa l-oħra, huwa qal li jekk ikun affermat kap huwa se jkun qed ibiddel l-uċuh fi ħdan il-PN. Delia qal li l-għajta tiegħu għall-kampanja se tkun “Mod ġdid, b’Nies Ġodda’.”
Delia qal li jekk ma jitfax ismu għal din l-elezzjoni hu jkun qed jonqos lit-tesserati, wara li fl-aħħar tliet snin huwa kien ikkonfermat kap tal-PN għal darba u tnejn.
Adrian qal li hu kuntent li 92% tal-kunsilliera vvutaw f’din l-elezzjoni.
09:00 p.m – Ftit tal-minuti oħra, l-Kap tal-PN Adrian Delia se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.
08:25 p.m – 839 tal-Kunsilliera vvutaw biex il-Partit Nazzjonalista jmur għal elezzjoni ta’ Kap, jiġifieri 56%. 659 ivvutaw biex jaffermaw lill-Kap, jiġifieri 44%.
08:15 p.m – Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għadu kemm kiteb il-kelma “Grazzi”. Din tkompli tafferma l-indikazzjonijiet ta’ Inewsmalta.com. Dik li t-tesserati se jivvutaw f’elezzjoni għal-Kap ieħor.
8:10 p.m – Skont indikazzjonijiet li għandu dan is-sit, qiegħed jidher li l-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali vvutaw biex it-tesserati jivvutaw f’elezzjoni għal Kap.
7:59 – Jintemm is-sorting fil-garżelli, dalwaqt jibda l-għadd tal-voti.
7:35 p.m – Jibda l-għadd tal-voti.
6:45 p.m – Fost dawk il-kunsillieri li kienu eleġibbli biex jivvutaw għamlu dan 93% tal-kunsillieri, ġifieri 1,509.
6:15 p.m – Ftit tal-minuti ilu għadha kif ġiet fi tmiemha l-elezzjoni li saret illum fost il-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Din l-elezzjoni se tkun qed tara jekk it-tesserati jivvotawx biex jikkonfermaw lil Adrian Delia jew jekk imorrux għal elezzjoni għal kap ġdid tal-PN.
Aktar qabel:
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tavża li sas-2pm tal-lum is-Sibt waqt il-votazzjoni tal-Kunsill Ġenerali straordinarju vvutaw 457 Kunsillier oħra. 417 ivvutaw f’Malta u 40 ivvutaw f’Għawdex. B’kollox sas-2pm tal-lum ivvutaw 1,317-il Kunsillier jew 80.67% tal-Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw, li jammontaw għal 1,630.
Matul il-ġurnata tal-lum, il-kunsilliera fiq ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista (PN) se jkunu qed ikomplu jivvotaw biex jiddeċieda jekk jikkonfermawx lil Adrian Delia bħala Kap tal-PN jew jekk imorrux għal elezzjoni li permezz tagħha jkun elett kap ġdid.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ ivvutaw 376 Kunsillier, jiġifieri 23.06% ta’ dawk eleġibbli. Dawn jingħaqdu mal-484 Kunsillier li diġa’ vvutaw fil-votazzjoni bikrija li saret l-Erbgħa 29 ta’ Lulju. B’kollox sal-lum ivvutaw 860 Kunsillier jew 52.76% tal-Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw li jammontaw għal 1,630.
Matul il-ġurnata se tkun qed titkompla l-votazzjoni, bir-riżultat mistenni joħroġ il-lejla fit-tard.
Intant fuq post li tella’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, qal li “illum se mmur għall-konferma tal-Kap”