Il-pulizija fi stqarrija qalu li s-sewwieq tal-mutur raġel ta’ 48 sena ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

09.00am – Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Birkirkara
Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara li għall-ħabta tas-7.30am ta’ dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Notabile Birkirkara.
Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ bejn karozza Suzuki Carry li kienet misjuqa minn raġel ta’ 77 sena minn Ħal Balzan u mutur tal-għamla Honda li kien misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Ħ’Attard.

Fuq il-post marru tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur.
Il-pulizija għandhom qegħdin jinvestigaw.