Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi serji wara inċident fin-Naxxar

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45p.m. fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda Africa Twin misjuq minn Ungeriż ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar għadhom għaddejjin.

Sport