Raġel ta’ 46 sena u residenti ż-Żejtun, ilbieraħ filgħaxija kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Anna, il-Furjana. Dan intqal fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu mill-Pulizija
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha, tilef il-kontroll u ħabat f’Bieb il-Bombi.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Rizzo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ilbieraħ: Sewwieq ta’ mutur jibqa’ dieħel f’Bieb il-Bombi
Ftit tal-minuti ilu, sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’Bieb il-Bombi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq fejn aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-pulizija ġew informati b’dan il-każ għall-ħabta tas-6.25pm u wkoll marru mill-ewwel fuq il-post biex jibdew l-investigazzjonijiet.
S’issa mhux magħruf il-kundizzjoni u l-identità tas-sewwieq.
Aktar informazzjoni kif taslilna.