Friday, November 15, 2024

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30 p.m fi Triq il-Kosta. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tal-għamla BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Fgura.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ tabib tal-emerġenza li taw l-ewwel kura medika lis-sewwieq tal-mutur fuq il-post sakemm eventwalment ittieħed l-isptar għall-kura permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Kawża tal-inċident ingħalqet parti minn din it-triq b’uffiċjali ta’ Transport Malta kienu fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport