Saturday, October 12, 2024

AĠĠORNAT: Shinzo Abe jirriżenja minn PM tal-Ġappun minħabba raġunijiet ta’ saħħa

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo abe ħabbar ir-riżenja tiegħu minħabba raġunijiet ta’ saħħa. F’konferenza tal-aħbarjijiet huwa qal li ma riedx li saħħtu xxekkel it-teħid ta’ deċiżjonijiet u talab apoloġija lill-poplu Ġappuniż talli ma rnexxilux ikompli bid-dmirijiet tiegħu bħala Prim Ministru sa tmiem it-terminu tiegħu.

Abe, ta’ 65 sena, ilu għal dawn l-aħħar snin ibati marda intestinali, madankollu qal li l-kundizzjoni riċentement marret għall-agħar.

Fl-2007 huwa kien irriżenja għall-għarrieda minn Prim Ministru minħabba l-kundizzjoni medika – ulcerative colitis – kundizzjoni kronika li ilu jsofri minnha mindu kien għadu żagħażugħ.

Huwa se jibqa’ mfakkar għall-politika ekonomika aggressiva tiegħu, li bdiet tiġi riferuta bħala “Abenomics”.

Sport