Tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu wara li persuna waqgħet mill-għoli fl-inħawi ta’ Popeye Village, fil-limiti tal-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45 p.m.
Il-mara, Taljana ta’ 20 sena, waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari, mill-irdum faċċata ta’ Popeye Village. Jidher li l-mara kienet qed tiġbed ritratt fil-ħin tal-inċident.
It-tfajla kienet fil-kumpanija ta’ raġel Taljan fil-ħin tal-inċident, b’dan jipprova jagħtiha l-ewwel għajnuna hekk kif waqgħet.
B’xorti tajba t-tfajla jidher li sofriet ġrieħi ħfief.