Saturday, November 9, 2024

AĠĠORNAT: Tarbija bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar rriżulta li s-sewwieq ;Raġel ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u ħabat fil-barriers. Mas-sewwieq kien hemm passiġġier tifel ta’ disa’ xhur li wkoll kellu jittieħed għall-kura.

Aktar tard irriżulta li r-raġel ma kien sofra l-ebda ġrieħi iżda sfortunatament it-tifel kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sport