Tifel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident fi Triq il-Villeġjatura f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ tmien snin kien waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari minn gallarija fir-residenza fejn jgħix u ġie fuq karozza li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifel lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.