Kelliem għal pulizija qal lil talk.mt li n-nrien sa dalgħodu ġew ikkontrollati u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit biex jiġi stabbilit x’wassal għal dawn in-nirien.
L-investigazzjoni tal-pulizija għadhom għaddejjin.
10.08pm – AĠĠORNAT: “EVITAW IŻ-ŻONA TAL-MARSA MINĦABBA N-NIRIEN”
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ftit tal-ħin ilu ħareġ avviz lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun tiġi evitata ż-żona fejn hemm in-nirien.
Fuq il-post hemm 30 uffiċjal tat-tifi tan-nar li qegħdin jagħmlu dak kollu posibbli biex jikkontrollaw in-nirien li jidher li huma qawwija fil-Marsa.
10.08pm – Fabbrika fil-Marsa tinħakem minn nar qawwi… qrib sew hemm ħażna ta’ fuel
Bħalissa l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejja b’operazzjoni ta’ tifi tan-nar fil-Marsa wara li fabbrika inħakmet minn nirien qawwija.
Għalkemm ħadd ma jidher li weġġa’ l-operazzjoni hija waħda delikata ferm minħabba li hemm ħażna ta’ fuel.
Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jieħdu l-miżuri kollha bħala prekawzjoni.
Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri fuq post li tella’ fuq Facebook ikkonferma dan kollu.
Aktar dettalji kif jaslulna.