Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fil-Furjana.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-5:30 p.m fi Triq Nazzjonali fil-Furjana.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żurrieq kien intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti San Ġiljan.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.