Monday, November 4, 2024

AĠĠORNAT: Żagħżugħ ta’ 19-il sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

ta’ 19-il sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ&body=https://talk.mt/aggornat-zaghzugh-ta-19-il-sena-fil-periklu-tal-mewt-wara-habta-fhaz-zebbug/" title="Email" >
Email

Aqra wkoll

Sorsi li tkellmu ma’ talk.mt qalu li s-sewwieq li ħabat fi Triq l-Imdina għandu 19-il sena minn Ħal Qormi u ftit wara li daħħal l-Isptar Mater Dei ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex tistabbilixxi x’wassal għal dan l-inċident.

07.46pm Sewwieq jitlef il-kontroll u jaħbat ma’ ħajt f’Ħaż-Żebbuġ

Kien għall-ħabta tas-6.15pm meta sewwieq li kien qed isuq Toyota Vitz tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’ħajt. L-inċident seħħ fi Triq Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Jidher li s-sewwieq hekk kif tilef il-kontroll baqa’ dieħel fil-crash barrier u wara spiċċa maħbut mal-ħajt. L-impatt tant kien qawwi li l-magna nqalgħet mill-karozza u spiċċat f’nofs tat-triq.

Kelliem għall-pulizija qal li mill-ewwel fuq il-post marret ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni u l-identità tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Fit-toroq tal-madwar hemm traffiku kbir kawża ta’ dan l-inċident u għalhekk wieħed għandu jevita l-inħawi.

Il-pulizija qiegħda tinvestiga dan l-inċident.

ta’ 19-il sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ&body=https://talk.mt/aggornat-zaghzugh-ta-19-il-sena-fil-periklu-tal-mewt-wara-habta-fhaz-zebbug/" title="Email" >
Email

Sport