Friday, November 15, 2024

AĠĠORNAT: Żewġ persuni bi ġrieħi ħfief f’inċident fil-Marsa Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa Ħamrun bypass.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 31 sena minn Wied il-Għajn kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Mercedes meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Miegħu kien hemm rekbin żewġ żgħażagħ ta’ 22 sena u 24 sena residenti Tal-Pietà u Tas-Sliema rispettivament.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi sabiex jagħtu l-ewwel assistenza tagħhom. Filwaqt li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi, iż-żewġ passiġġieri ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.

Kawża ta’ dan l-inċident kellha tingħalaq karreġġjata fid-direzzjoni lejn il-Marsa u għalhekk issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta sakemm il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ekonomija

Sport