Saturday, May 18, 2024

AĠĠORNATA: Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn mutur f’Birkirkara

Aqra wkoll

Anzjana kellha tiddaħħal l-isptar Madter Dei b’urġenza wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Minn investigazzjoni li saret irriżżulta li mara ta’ 89 sena residenti Birkirkara kienet ittajret minn mutur tat-tip Kenjota Viking misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti ir-Rabat Għawdex.

Ful il-post issejjaħ minnufih tim mediku u abulanza li ħadet lil anzjana lejn l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li l-mara kienet sofriet minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport