Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNATA: Drone jgħin lill-uffiċjali biex tkun żgurata sigurtà fil-post

Dilettanti tal-piroteknika b'appell lill-midja b'turija ta' rispett lejn dawk involuti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija filwaqt li serraħ ras lill-qraba kollha ta’ dawk involuti fl-inċident kompla biex jagħti xi dettalji.

Għadd ta’ qraba, ħbieb u persuni oħra nġabru maħsudin bl-aħbar

Huwa spjega li minħabba miżuri ta’ prekawzjoni l-uffiċjali involuti fl-operazzjoni biex jiġi eliminat kull forma ta’ periklu mill-post fejn seħħet l-isplużjoni qed jiġu megħjuna minn drone li ttajjar biex jagħti stampa aħjar ta’ dak li hemm fil-post.

Uffiċjali ta’ Transport Malta intervjenew biex jiddevjaw it-traffiku

Huwa kkonferma li daqskemm kienet aħbar pożittiva li ħadd ma sofra ġrieħi serji f’dan l-inċident, daqstant ieħor jeħtieġ li jkun żgurat li dawk kollha involuti ma jindarbux waqt din l-operazzjoni.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qiegħda tmexxi l-inkjesta b’rabta ma’ dan l-inċident.

5:45 p.m: “Il-ġrieħi li sofrew huma kawża ta’ paniku fil-mument… m’hemmx għalfejn tinħoloq kommossjoni żejda”

Dan is-sit jinsab fi stat li jikkonferma li ħadd ma weġġa’ hekk kif id-dilettanti fi ħdan il-Kumpless 15 t’Awwissu tal-Mosta li kienu preżenti fil-ħin tal-incident fortunatament laħqu ħargu minn fuq il-post fil-bidu tal-isplużjonijiet prematuri.

Medda ta’ art agrikola tispiċċa sewda faħma kawża tan-nirien li segwew l-isplużjonijiet

Minkejja dan sorsi mill-post qalulna li minn fost il-11-il membru li kien hemm fil-post, kien hemm xi persuni li sofrew xi ġrieħi huma hu jitbiegħdu mill-isplużjonijiet.

Dan is-sit jinsab infurmat li fil-post issejħu żewġ ambulanzi u tim mediku li assistew żewġt irġiel residenti il-Mosta minħabba xi ġrieħi li sofrew. Jidher li persuna sofriet xi ksur wara li waqgħet minn għoli, filwaqt li ieħor sofra minn xi ħruq ħafif.

In-nirien kontrollati, iżda l-uffiċjali jeħtieġ li jieħdu miżuri ta’ prekawzjoni minħabba possibbiltà ta’ periklu

Sorsi qrib tagħna qalulna li minkejja dan kollu fil-post kien hemm nifs twil hekk kif fortunatament l-isplużjoni innifisha ma kkawżat l-ebda ġrieħi hekk kif dawk preżenti kienu ħfief u ntebħu b’dak li segwa ftit tas-sekondi wara.

Intant dilettanti tal-piroteknika qegħdin jappellaw lill-midja biex ma jdawrux il-fatt b’tali mod li joħolqu kommossjoni bla bżonn b’mod speċjali b’rispett lejn dawk involuti li jistgħu jgħodduha b’waħda wara dak li seħħ ftit tal-minuti ilu.

4:00 p.m: Ħadd ma weġġa’ fl-isplużjoni

Sorsi ta’ minn joqgħod fuqhom li għandu dan is-sit ikkonfermaw li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’din l-isplużjoni li seta’ kellha eżitu ferm agħar.

Talk.mt jinsab infurmat li fil-post kien hemm numru ta’ dilettanti tal-piroteknika li kienu qegħdin jaħdmu anke minħabba li qiegħda toqrob il-festa.

Minkejja dan kollu mhux eskluż li xi persuna jew persuni jkollhom jingħataw assistenza medika minħabba xi dħaħen kbar li hemm fil-post.

3:30 p.m: Splużjoni f’kamra tan-nar fil-Mosta

Ftit tal-ħin ilu diversi lokalitajiet madwar Malta fosthom dawk l-aktar li jdawru l-kamra tan-nar 15 t’Awwissu fil-Mosta esperjenzaw sensiela ta’ splużjonijiet.

Ritratt meħud mill-Imtarfa juri daħna kbira li segwiet l-ewwel splużjonijiet fil-Mosta

Dan is-sit jinsab infurmat li għalkemm kien hemm xi nies fil-ħin tal-isplużjoni, jidher li fortunatament kulħadd laħaq ħareġ mill-periklu u li b’hekk x’aktarx ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Numru ta’ persuni nġabru wara splużjonijiet li ħasdu lil bosta fiż-żona

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport