Friday, November 15, 2024

AĠĠORNATA: Ħaddiem ta’ 44 sena jindarab serjament wara li nqabad bejn il-kontejners fil-Port Ħieles

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tal-10:00 a.m., weġġa’ fuq il-post tax-xogħol f’Birżebbuġa. Il-Pulizija kkonfermat dan mas-sit Talk.mt.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti l-Imqabba, weġġa’ wara li nqabad bejn żewġ kontejners fil-Port Ħieles.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel sakemm dan seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard, fi stqarrija maħruġa mill-kumpanija, ingħad li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport