Friday, December 20, 2024

AĠĠORNATA: Identifikat ir-raġel li nstab mejjet f’għadira demm fil-Qawra

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar instab mejjet fil-Qawra wara li waqa’ minn għoli fi Triq il-Qawra, fil-Qawra.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel allegatament prova jidħol jisraq minn xi kafetterija meta għal xi raġuni waqa’ madwar sular għoli.

Il-Pulizija rċeviet rapport għall-ħabta tal-4:30 a.m rigward persuna taġixxi b’mod suspettuż. Il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra marru immedjatament fuq il-post, fejn innutaw li fil-ħanut ma kien hemm ħadd, iżda l-bieb tal-ħġieġ kien imkisser u fuq barra tal-ħanut kien hemm ħafna dmija, li jindika li xi ħadd kien ġarrab xi ġrieħi.

L-uffiċjali segwew it-traċċi tad-demm fit-triq ta’ quddiem blokka t’appartamenti li tinsab faċċata fuq in-naħa l-oħra tat-triq. F’taraġ ta’ propjeta madwar sular taħt il-livell tat-triq, il-Pulizija lemħu raġel wiċċu ‘l isfel mixħut fl-art f’għadira demm, li l-ewwel investigazzjonijiet jindkaw li kien l-istess persuna li daħal fil-ħanut.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku iżda r-raġel instab mejjet f’għadira demm u kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Minnufih ingħalqet iż-żona sabiex l-esperti forensiċi jkunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-każ.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha mill-post tal-inċident.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Ekonomija

Sport